Min aħna

GEEK&Co. hija intrapriża artiġjanali Maltija li tiddisinja u tipproduċi prodotti tal-karta, fosthom djarji, kotba tal-mistednin, kotba tal-għożża, albums, u l-bqija.

Id-disinjatur ewlieni fit-tim, Benjamin Agius Jubber, hu speċjalizzat fil-materja prima ta’ kwalità, ekoloġika, u sostenibbli, u dawk il-valuri u l-interessi jaqblu ferm mal-iskop tal-intrapriża. Barra minn hekk, fejn jidħlu l-ħaddiema u l-kollaboraturi, GEEK&C0. diġà stabbiliet pjan ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

GEEK&Co. timraħ ukoll fil-pubblikazzjoni tal-kotba għat-tfal, jew għall-adulti. Kotba li jipprovdu Malti ta’ kwalità għall-qarrejja, u li jiftħu opportunitajiet għall-artisti u t-talenti lokali.

Il-karta tibqa’ l-passjoni, u għalhekk kull prodott li noħolqu jkun maħsub biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, iżda fl-istess waqt biex jiċċelebra s-sħubija u d-durabbiltà. Aħna nistinkaw biex nużaw materjali li jirrispettaw l-ambjent, inkluż karta rriċiklata, u biex nibnu rabtiet ma’ intrapriżi tal-istess fehma.

GEEK&Co. beħsiebha twessa’ l-varjetà tal-prodotti tagħha u tippersonalizzahom għal klijentela individwali jew korporattiva. B’din il-flessibbiltà jkunu jistgħu jinħolqu prodotti uniċi għas-suq lokali u barrani.

Qed timmira li l-prodotti mhux biss ikunu jirriflettu artiġjanat ta’ kwalità, iżd’anki l-innovità li tagħmilhom distintivi.