GEEK&Co. hija kumpanija privata responsabbli. Jinteressaha l-ħarsien tal-ambjent u t-tisħiħ tas-soċjetà fejn topera.
GEEK&Co. tagħżel il-materja prima tagħha bir-reqqa u minn sorsi sostenibbli. Il-karta kollha li tuża fil-proġetti u l-pubblikazzjoni tagħha tinġieb mingħand produtturi u foresti ċċertifikati FSC u mingħand riċiklaturi fl-Unjoni Ewropea. Apparti l-ġmiel tal-karta nnifisha, infatti, dan il-fattur hu kriterju ewlieni fil-mument tal-għażla. Din iċ-ċertifikazzjoni lil GEEK&Co. se tkun qed tiġi żgurata b’akkreditazzjoni xierqa matul l-2025, b’ċertifikat tal-katina tal-kustudja tal-karta.
Il-kisba tal-karta minn forestrija responsabbli, għaldaqstant, hija sies importanti li jagħti valur miżjed lill-prodotti artiġjanali ta’ GEEK&Co.
Il-karta tinxtara mingħand produtturi ċċertifikati tal-karta fl-Iżvezja, il-Ġermanja, il-Belġju, Franza u l-Italja, u mingħand riċiklaturi Ġermaniżi.
Il-prodotti ma jinbigħux fil-plastik jew f’materjali oħrajn li potenzjalment jeħlu jew jagħmlu ħsara lill-ambjent.

GEEK&Co. hija kommessa favur l-ekoloġija u s-sostenibbiltà.
“Irridu li l-klijentela tagħna tkun tista’ tgawdi mill-impenn ambjentali prinċipali tagħna. Irridu nappoġġaw bis-sħiħ il-ħidma ta’ bosta sistemi taċ-ċertifikazzjoni li jiggarantixxu prestazzjoni ambjent mill-aqwa u titjib kontinwu, filwaqt li nperrċu dan l-impenn tagħna għas-soċjetà fejn noperaw.”
– id-Direttur ta’ GEEK&Co.


Leave a Reply